English Maltese
Public Service Logo divider Logo
  • Dwarna
  • Sapport Psikoloġiku
    Aċċessa s-Servizz Kunfidenzjalità
  • Sapport għall-Maniġment
    Sapport għall-Maniġment Konsultazzjonjiet Ritorn għax-Xogħol Il-Bord Mediku Intervent fi Kriżijiet
  • Ikkuntattjana
  • image
    Workshops u Sessjonijiet ta’ Għarfien Tikketta tal-Kwalità Riżorsi
    Pubblikazzjonijiet Aħbarijiet Vidjows
  • Dwarna
  • Sapport Psikoloġiku
    Aċċessa s-Servizz Kunfidenzjalità
  • Sapport għall-Maniġment
    Sapport għall-Maniġment Konsultazzjonjiet Ritorn għax-Xogħol Il-Bord Mediku Intervent fi Kriżijiet
  • Ikkuntattjana

  • Workshops u Sessjonijiet ta’ Għarfien
  • Tikketta tal-Kwalità
  • Riżorsi
    Pubblikazzjonijiet Aħbarijiet Vidjows

Sapport Psikoloġiku

Aċċess għas-Servizz


Għal appuntament mal-Unit, l-impjegati jistgħu jċemplu jew jibagħtu e-mail biex jitolbu appuntament  , jew jimlew il-formula li tinsab fuq is-sit web tal-ESP. Hekk kif jikkuntattjaw il-Unit, l-impjegati jingħataw appuntament mas-servizz ta' sapport biex il-bżonnijiet tagħhom jiġu mifhuma aħjar. Jekk ikun meħtieġ sapport addizzjonali, l-impjegati jiġi riferuti lis-servizz tal-counselling għas-sapport neċessarju. Is-servizzi u l-interventi kollha huma pprovduti minn tim multidixxiplinarju  ta’ professjonisti, inklużi ħaddiema soċjali, psikologi, counsellors u psikoterapisti. Is-servizz huwa offrut lill-impjegati mingħajr ħlas.

Appuntamenti mal-ESP Unit jistgħu jsiru matul jew wara l-ħin tax-xogħol, skont il-preferenza tal-impjegati. Jekk l-impjegati jixtiequ jattendu waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom, jeħtieġu jiksbu l-approvazzjoni minn qabel tas-superjur tagħhom. Il-Unit tipprovdi konferma bil-miktub lil dawk l-impjegati li jkunu se jaċċessaw il-Unit waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom. 


L-ESP tipprovdi sapport lill-impjegati li qed jesperjenzaw diffikultajiet bħal:


  • Stress u diffikultajiet ta’ saħħa mentali
  • Niket u luttu
  • Problemi fiż-żwieġ jew f’relazzjonijiet
  • Vjolenza domestika
  • Vizzji 
  • Tħassib dwar it-trobbija tat-tfal u l-familja
  • Diffikultajiet relatati max-xogħol li għandhom impatt fuq il-benessri
  • Sitwazzjonijiet kritiċi

Jekk qed tesperjenza diffikultajiet bħal dawk imsemmija hawn fuq jew sitwazzjonijiet oħra li għandu mnejn jaffettwaw il-benessri tiegħek, tista’ titlob appuntament hawnhekk.

L-appuntamenti jistgħu jiġu offruti online wkoll, permezz ta’ Microsoft Teams. 


Itlob Appuntament arrow

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ESP:

Ħinijiet tal-Ftuħ tax-Xitwa:
It-Tnejn u l-Ġimgħa - 08:00 –16:00
It-Tlieta, L-Erbgħa u l-Ħamis - 08:00 –19:00 


Ħinijiet tal-Ftuħ tas-Sajf:
It-Tnejn, L-Erbgħa u l-Ġimgħa - 08:00 –14:00
It-Tlieta u l-Ħamis - 08:00 –17:00

Image

Kunfidenzjalità

Kull kuntatt mal-ESP Unit huwa strettament kunfidenzjali, sabiex l-impjegati jistgħu  jserrħu moħħhom li jekk jaċċessaw l-ESP Unit, il-privatezza, id-dinjità u l-pożizzjoni tagħhom fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika mhux se jkunu affettwati.


L-informazzjoni maqsuma mal-ESP Unit mhix se tiġi żvelata lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-impjegat(a) sakemm m’hemmx riskju ta’ periklu fiżiku għall-impjegat(a) jew għal oħrajn. L-aċċess għas-servizz ma jitniżżel imkien fil-fajl personali tal-impjegat(a).

Logo
  • Fuqna
  • Sapport Psikoloġiku
  • Sapport għall-Maniġment
  • Workshops u Sessjonijiet ta’ Għarfien
  • Aħbarijiet
  • Tikketta tal-Kwalità
  • Ikkuntattjana
Logo
Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità