Taħriġ Ġeneriku

Open Accordion Item Close Accordion Item Ħarsa ġenerali lejn is-servizzi tal-ESP


Din is-sessjoni għandha l-mira li tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-servizzi varji offruti mill-ESP Unit u kif id-dipartimenti u l-impjegati individwali jistgħu jaċċessaw dawn is-servizzi.



Kontenut:

  • Ħarsa ġenerali lejn is-servizzi pprovduti mill-ESP Unit
  • Kunfidenzjalità
  • Kif u meta taċċessa dawn is-servizzi


Tul ta’ ħin: 30 minuta

Modalità: Attendenza fiżika   jew online

Eliġibbiltà: L-impjegati kollha tas-servizz pubbliku

Open Accordion Item Close Accordion Item Kura personali u s-servizzi tal-ESP

Il-mira ta’ din is-sessjoni hija biex tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-kura personali u s-servizz tal-ESP.

Kontenut:

  • Definizzjoni ta’ kura personali?
  • Rakkomandazzjonijiet dwar kif tieħu ħsieb tiegħek innifsek
  • Meta u kif taċċessa s-servizz tal-ESP

Tul ta’ ħin: Siegħa

Modalità: Attendenza fiżika jew online

Eliġibbiltà: L-impjegati kollha tas-servizz pubbliku



Open Accordion Item Close Accordion Item Għarfien dwar is-saħħa mentali għall-maniġers

Din is-sessjoni hija mfassla biex toffri sapport lill-impjegati b’responsabbiltajiet għall-immaniġġjar tan-nies sabiex jifhmu aħjar il-problemi relatati mas-saħħa mentali u biex toħloq kuxjenza dwar id-diffikultajiet komuni tas-saħħa mentali.  Il-mira ta’ din is-sessjoni hija biex tgħin lill-maniġers jidentifikaw u jindirizzaw  is-sinjali bikrin, jipprovdu s-sapport meħtieġ biex jibnu kultura fuq il-post tax-xogħol li toffri sapport fi ħdan it-timijiet tagħhom.  

Kontenut:

  • X’inhu mard mentali?
  • Stigma u perċezzjonijiet skorretti dwar il-mard mentali
  • L-għarfien dwar kundizzjonijiet komuni ta' saħħa mentali
  • Kif toħloq post sigur għat-tim tiegħek sabiex ikunu aktar komdi jitkellmu b’mod miftuħ dwar kif ikunu qed iħossuhom.

Tul ta’ ħin: 3 sigħat

Modalità: Attendenza fiżika

Eliġibbiltà: Impjegati minn Skala 7 ’il fuq

Open Accordion Item Close Accordion Item Kura Personali u Reżiljenza (Impjegati)

Il-mira ta’ din is-sessjoni hija biex tgħin lill-parteċipanti jifhmu l-importanza tal-kura personali u kif jibqgħu reżiljenti f’sitwazzjonijiet ta’ sfida.

Kontenut:

  • Definizzjoni tal-kura personali u suġġerimenti dwar kif nieħdu ħsieb il-benessri tagħna
  • Nifhmu r-reżiljenza u l-impatt tagħha fuq il-benessri tagħna
  • Ir-reżiljenza hija ħila li tista’ tiġi żviluppata.

Tul ta’ ħin: Sagħtejn

Modalità: Attendenza fiżika jew online

Eliġibbiltà: L-impjegati kollha tas-servizz pubbliku

Open Accordion Item Close Accordion Item Ħiliet prattiċi għall-immaniġġjar tal-istress

Il-mira ta’ dan il-workshop hija biex tgħin lill-parteċipanti isibu modi differenti u sostenibbli biex jimmaniġġjaw l-istress u biex ikunu aktar konxji u jittolleraw sentimenti ta’ stress u diffikultà.  Din is-sessjoni teħtieġ il-parteċipazzjoni f’eżerċizzji individwali varji ppreżentati waqt is-sessjoni. 

Kontenut:

  • Li ssir konxju tal-ħsibijiet u l-imġiba fuqek innifsek u fuq l-oħrajn
  • Li tifhem l-importanza u titgħallem modi biex tipprattika l-mindfulness
  • Tiżviluppa l-għarfien dwarek innifsek.

Tul ta’ ħin: 2.5 sigħat

Modalità: Attendenza fiżika

Eliġibbiltà: L-impjegati kollha tas-servizz pubbliku

Open Accordion Item Close Accordion Item Għarfien dwar is-Saħħa Mentali

Il-mira ta’ din is-sessjoni hija sabiex l-impjegati jsiru konxji tal-istigma u l-perċezzjonijiet skorretti dwar id-diffikultajiet komuni tas-saħħa mentali u jesploraw meta u kif għandhom ifittxu għajnuna professjonali.

Kontenut:

  • X’inhu mard mentali?
  • Għajnuna biex titnaqqas l-istigma dwar il-mard mentali
  • L-għarfien dwar kundizzjonijiet komuni ta' saħħa mentali
  • Aċċess għal servizzi ta’ sapport disponibbli permezz tal-ESP Unit.

Tul ta’ ħin: 3 sigħat

Modalità: Attendenza fiżika 

Eliġibbiltà: L-impjegati kollha tas-servizz pubbliku

Open Accordion Item Close Accordion Item Aspetti Emozzjonali tal-Irtirar

Il-mira ta’ din is-sessjoni hija biex tindirizza lill-impjegati kollha tas-servizz pubbliku li qed joqorbu l-età tal-irtirar u biex tgħinhom iħejju għal dan l-istadju importanti li jmiss f’ħajjithom.

            Kontenut:

  • Definizzjoni tal-irtirar
  • L-għarfien dwar l-aspetti u l-istadji tal-irtirar
  • Nifhmu l-firxa ta’ emozzjonijiet relatati mal-irtirar
  • Inżommu attitudni pożittiva biex intejbu l-benessri
  • Insibu passjoni u skop matul l-irtirar


Tul ta’ ħin: Siegħa u nofs

Modalità: Attendenza fiżika jew online

Eliġibbiltà:  L-impjegati kollha tas-servizz pubbliku li qed joqorbu l-età tal-irtirar.
  

Open Accordion Item Close Accordion Item L-Immaniġġjar ta’ Assenza Minħabba Mard u Ritorn għax-Xogħol

Il-mira ta’ din is-sessjoni hija biex tgħin lill-maniġment jifhmu l-importanza li tinżamm attitudni li toffri sapport meta jimmaniġġjaw assenza minħabba mard. Is-sessjoni se tipprovdi wkoll l-għarfien u l-ħiliet neċessarji relatati mar-ritorn għax-xogħol ta’ impjegati wara assenza minħabba mard għal żmien twil.

Kontenut:

  • Nifhmu l-assenza minħabba mard u l-impatti tagħha
  • L-immaniġġjar ta’ assenza minħabba mard
  • Il-proċedura tar-ritorn għax-xogħol
  • Il-Bord Mediku tad-Diviżjoni dwar Nies u Standards 
  • L-ESP bħala għodda għall-maniġment

Tul ta’ ħin: Siegħa u nofs

Modalità: Attendenza fiżika

Eliġibbiltà: Impjegati tas-servizz pubbliku b’responsabbiltajiet għall-Immaniġġjar tan-Nies.

Taħriġ Speċifiku għas-Settur

Open Accordion Item Close Accordion Item Kura Personali għall-Professjonisti tas-Saħħa

Il-mira ta’ dan il-workshop interattiv huwa li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa jirriflettu fuq l-importanza li jieħdu ħsieb tagħhom infushom speċjalment fid-dawl tad-dmirijiet f’xogħolhom u biex isiru aktar konxji tal-possibbiltà ta’ għeja minn kompassjoni u kif jgħinu lilhom infushom.

Kontenut:

  • Li nifhmu l-importanza tal-kura personali
  • Li ssir konxju dwar għeja minn kompassjoni u modi dwar kif tkampa biha
  • Il-ħolqien ta’ ambjent tax-xogħol li joffri sapport

Tul ta’ ħin: Sagħtejn

Modalità: Attendenza fiżika

Eliġibbiltà: Professjonisti Mediċi u fil-Qasam tas-Saħħa

Open Accordion Item Close Accordion Item Il-Benessri għall-Forzi Dixxiplinati

Il-mira ta’ dan it-taħriġ huwa li jgħammar lill-Uffiċjali Superjuri bl-għarfien u l-ħiliet dwar kif jindirizzaw il-benessri fil-kuntest ta’ xogħolhom. Din is-sessjoni għandha l-mira li tqajjem aktar kuxjenza dwar [MG1] l-importanza tal-kura personali u r-responsabbiltà li jieħdu ħsieb is-saħħa mentali u emozzjonali tat-timijiet tagħhom.

Kontenut:

  • Kura personali u Reżiljenza
  • Ħiliet Prattiċi għall-immaniġġjar ta’ sitwazzjonijiet kritiċi
  • L-impatt ta’ esponiment għal trawma
  • Ħarsa ġenerali lejn problemi tas-saħħa mentali

Tul ta’ ħin: 4 sigħat

Modalità: Attendenza fiżika

Eliġibbiltà: Uffiċjali Superjuri fil-Forzi Dixxiplinati u uffiċjali b’responsabbiltajiet għall-immaniġġjar tan-nies.