Nissapportjaw lil Uliedna Permezz ta’ Co-Parenting Effettiv - Ħarġa 40
Il-kuntentizza hija stat ta’ benesseri li hu mogħni b’varjazzjoni ta’ emozzjonijiet pożittivi; minn esperjenzi ta’ ferħ tal-mument għal emozzjonijiet aktar dejjiema li jħalluk imwettaq u sodisfatt bil-ħajja. Dawn l-emozzjonijiet jistgħu jkunu tal-mument, bħal dak il-ferħ li tħoss waqt xi attività li tkun qed tieħu gost tagħmel, jew ikunu aktar sostnuti, bħal ngħidu aħna dik il-kuntentizza minħabba li qed tgħix il-ħajja fil-paċi.