Kif Nistgħu Nifhmu d-Diversi Varjazzjonijiet tan-Niket - Ħarġa 41
In-niket huwa rispons naturali u profondament personali, li ta’ spiss wieħed iħoss meta jitlef lil xi ħadd. Għalkemm huwa komuni ħafna li jiġi assoċjat mal-mewt ta’ xi ħadd maħbub, wieħed jista’ wkoll isib ruħu f’dan l-istat wara bidliet kbar oħra fil-ħajja, bħal bidliet fis-saħħa, it-tmiem ta’ relazzjoni, l-irtirar, kumplikazzjonijiet fit-tqala, telf ta’ impjieg, jew tranżizzjonijiet sinifikanti fil-ħajja.