In-Newrodiversità fuq il-Post tax-Xogħol - Ħarġa 39
Fuq il-post tax-xogħol niltaqgħu ma’ diversi persuni li jaħdmu x-xogħol b’metodi differenti, li għandhom diversità fil-personalità tagħhom, u oħrajn b’fehmiet differenti. Madanakollu mhux bilfors nindunaw u nagħrfu li xi darbi nistgħu nkunu qegħdin naħdmu ma’ persuni b’diżabilità. Għaldaqstant, meta jiġri hekk, sew jekk kollegi kif ukoll jekk aħna fl-amministrazzjoni, jista’ jkun li ma nkunux ippreparati għal kif għandna nġibu ruħna f’sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu mal-persuna li għandha d-diżabilità.