English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • Dwarna
  • Sapport Psikoloġiku
    Aċċessa s-Servizz Kunfidenzjalità
  • Sapport għall-Maniġment
    Sapport għall-Maniġment Konsultazzjonjiet Ritorn għax-Xogħol Il-Bord Mediku Intervent fi Kriżijiet
  • Ikkuntattjana
  • image
    Workshops u Sessjonijiet ta’ Għarfien Tikketta tal-Kwalità Riżorsi
    Pubblikazzjonijiet Aħbarijiet Vidjows
  • Dwarna
  • Sapport Psikoloġiku
    Aċċessa s-Servizz Kunfidenzjalità
  • Sapport għall-Maniġment
    Sapport għall-Maniġment Konsultazzjonjiet Ritorn għax-Xogħol Il-Bord Mediku Intervent fi Kriżijiet
  • Ikkuntattjana

  • Workshops u Sessjonijiet ta’ Għarfien
  • Tikketta tal-Kwalità
  • Riżorsi
    Pubblikazzjonijiet Aħbarijiet Vidjows

Sapport Għall-Maniġment

Sapport għall-Maniġment


L-irwol maniġerjali jinkludi responsabbiltajiet u dmirijiet varji, madankollu waħda li hija l-aktar ta’ sfida hija l-immaniġġjar tan-nies. Il-maniġers għandhom kemm l-opportunità kif ukoll ir-responsabbiltà li joħolqu ambjent tax-xogħol li joffri sapport u jippromwovi l-benessri tal-impjegati.           

Maniġers tajbin jeħtieġu li jkunu konxji li sabiex joffru sapport, l-ewwel iridu jieħdu ħsieb il-benessri tagħhom stess. Għaldaqstant, huwa importanti li jerfgħu r-responsabbiltà għall-attitudnijiet u l-imġiba tagħhom u kif dawn jistgħu jħallu impatt fuq it-tim tagħhom. Mod kif dan jista’ jsir huwa billi jkunu jafu liema servizzi ta’ sapport hemm disponibbli u biex jaċċessawhom jekk iħossu dan il-bżonn.  


Impjegati li jkunu qegħdin jiġu segwiti mill-Bord Mediku jistgħu jiġu riferuti lill-Employee Support Programme għal sapport addizzjonali b’relazzjoni mal-impjieg tagħhom u l-ħajja personali wkoll. Sapport bħal dan jista’ wkoll ikun essenzjali f’sitwazzjonijiet ta’ assenza minħabba mard, u l-proċess tar-ritorn għax-xogħol. L-Employee Support Programme jmantni wkoll komunikazzjoni bejn il-Bord Mediku u l-post tax-xogħol. Jekk tixtieq tirreferi impjegat għall-Bord Mediku, segwi din il-ħolqa.
​ Jekk int interessat li tattendi sessjonijiet ta’ taħriġ relatati mal-immaniġġjar ta’ assenza minħabba mard u r-ritorn għax-xogħol, agħfas hawnhekk. 


Ara taħriġ relatati mal-immaniġġjar tal-assenteiżmu minħabba mard u r-ritorn għax-xogħol arrow
Image

Konsultazzjonijiet


L-Employee Support Programme (ESP) joffri servizz ta’ sapport kunfidenzjali lill-impjegati fi rwoli maniġerjali fi ħdan is-servizz pubbliku. Dan is-servizz għandu l-mira li jgħin lill-maniġers biex jaffaċċjaw l-isfidi li jistgħu jinqalgħu waqt li joffru s-sapport meħtieġ lill-ħaddiema tagħhom. Permezz ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni individwali, il-maniġers jistgħu jiddiskutu tħassib jew diffikultajiet li għandu mnejn ikunu qed jiffaċċjaw.  Jingħataw [MG1] ukoll gwida dwar l-aħjar prassi għall-immaniġġjar u k sapif jistgħu joffru sapport lit-timijiet tagħhom b’mod effettiv. L-iskop huwa li jitrawwem ambjent tax-xogħol pożittiv, b’saħħtu u produttiv.

Sabiex jaċċessaw dan is-servizz, il-maniġers huma mitluba jimlew il-formola ta’ kuntatt disponibbli hawn taħt. Ladarba tiġi sottomessa, rappreżentant tal-ESP  jikkuntattjahom biex jagħmlu arranġamenti għal konsultazzjoni f’ħin konvenjenti. Ir-rappreżentant jista’ wkoll jipprovdi gwida dwar kif l-impjegati jistgħu jiġu riferuti lill-ESP, inklużi l-passi sabiex timtela' riferta formali, jekk meħtieġ.

Sabiex tiddiskuti mal-ESP tħassib relatat mal-benessri ta’ impjegat, agħfas hawnhekk.



Għamel kuntatt mal-ESP arrow

Ritorn għax-Xogħol


Meta impjegat ikun se jerġa’ jidħol għax-xogħol wara assenza minħabba mard għal żmien twil, l-ESP Unit tista’ tipprovdi sapport biex tiġi żgurata tranżizzjoni lura għax-xogħol bla xkiel. Jingħata sapport kemm lill-impjegat u lid-dipartiment, skont kif meħtieġ, u dan jista’ jinkludi żjarat fuq il-post tax-xogħol jekk ikun neċessarju.

L-impjegati jew il-Kapijiet tad-Dipartimenti li jixtiequ jużaw dan is-servizz huma mitluba jikkuntattjaw lil Unit għal aktar informazzjoni. 

Il-Maniġment jistgħu jingħataw sapport  ukoll permezz tal-Bord Mediku. Il-Bord Mediku, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-P&SD, għandu l-mira li jħeġġeġ lill-impjegati tas-servizz pubbliku biex jibqgħu jaħdmu u r-rwol primarju tiegħu huwa li jipprovdi gwida u sapport professjonali lill-impjegati f’termini ta’ saħħa fuq ix-xogħol.  Il-Bord Mediku huwa magħmul minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti li jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati ma’ diffikultajiet ta’ saħħa tal-impjegat u l-impatt tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-individwu.  Wara li l-każ jiġi rivedut professjonalment, il-Bord Mediku mbagħad jagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni neċessarja bil-għan li joffri sostenn lill-impjegat filwaqt li jgħin ukoll lill-maniġment kif neċessarju.

Għal aktar informazzjoni tista’ taċċessa l-manwal tal-Bord Mediku billi tagħfas hawnhekk. 


Kuntattja lil Unit ESP arrow

Il-Bord Mediku


Il-Maniġment jistgħu jingħataw sapport  ukoll permezz tal-Bord Mediku. Il-Bord Mediku, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-P&SD, għandu l-mira li jħeġġeġ lill-impjegati tas-servizz pubbliku biex jibqgħu jaħdmu u r-rwol primarju tiegħu huwa li jipprovdi gwida u sapport professjonali lill-impjegati f’termini ta’ saħħa fuq ix-xogħol.  Il-Bord Mediku huwa magħmul minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti li jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati ma’ diffikultajiet ta’ saħħa tal-impjegat u l-impatt tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-individwu.  Wara li l-każ jiġi rivedut professjonalment, il-Bord Mediku mbagħad jagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni neċessarja bil-għan li joffri sostenn lill-impjegat filwaqt li jgħin  ukoll lill-maniġment kif neċessarju.


Aċċessa l-manwal tal-Bord Mediku arrow

Formola ta' Riferiement lil-Bord Mediku (GP 49 Rivedut) arrow

Intervent fi Kriżijiet


L-ESP jipprovdi sapport lid-dipartimenti li jkunu esperjenzaw sitwazzjonijiet kritiċi jew trawmatiċi fuq il-post tax-xogħol, bħall-mewt f’daqqa ta’ kollega, vjolenza jew aggressjoni. F'dawn is-sitwazzjonijiet, l-ESP jipprovdi kemm sapport lill-individwi u lit-tim wara l-avveniment.  Ikkuntattja lill-ESP Unit għas-sapport neċessarju.

 



Jekk jogħġbok ikkuntattja l‑unit ESP għall-appoġġ meħtieġ arrow
Government Logo
  • Fuqna
  • Sapport Psikoloġiku
  • Sapport għall-Maniġment
  • Workshops u Sessjonijiet ta’ Għarfien
  • Aħbarijiet
  • Tikketta tal-Kwalità
  • Ikkuntattjana
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. MoreInformation