Li nagħtu valur, insaħħu u nsostnu l-benessri tal-impjegati kollha tas-servizz pubbliku hekk kif jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom permezz tas-servizzi professjonali tagħna.
Min Aħna
Servizz tal-ESP
Il-Programm ta’ Sapport għall-Impjegati (Employee Support Programme - ESP) jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ sapport kunfidenzjali u mingħajr ħlas għall-impjegati tas-servizzi pubbli ċi. Dawn is-servizzi huma mfasslin sabiex jgħinuhom ikampaw mad-diffikultajiet tax-xogħol u tal-ħajja tagħhom, li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni fuq il-post tax -xogħol u l-kwalità tal-ħajja, jekk ma jagħtux kashom.
“Is-Servizz Pubbliku jagħraf li l-impjegati tiegħu huma riżorsa importanti ħafna u għandu l-mira li jipprovdi s-sapport meħtieġ bl-objettiv li jissaħħu l-effettività u l-effiċjenza fuq il-post tax-xogħol u li l-benessri tagħhom jiġi mħares. Matul dawn is-snin, is-servizz dejjem kien minn ta’ quddiem biex iqajjem kuxjenza dwar il-benessri tal-impjegati tas-servizz pubbliku permezz ta’ inizjattivi regolari fis-Servizz Pubbliku.
Il-benessri tal-impjegati huwa tema kumplessa li teħtieġ il-kontribut ta’ bosta partijiet ikkonċernati. Permezz tas-servizzi pprovduti lill-impjegati mill-ESP Unit, is-Servizz Pubbliku jagħraf u jsostni l-ħtieġa li jkompli jinvesti fil-benessri tal-impjegati u li jkompli jibni kultura ta’ xogħol li toffri sapport fis-Servizz Pubbliku kollu.
Dak li beda bħala proġett pilota permezz ta’ fondi tal-UE, illum il-ġurnata l-ESP huwa element integrali li jipprovdi servizzi ta’ sapport professjonali fi żminijiet ta’ bżonn. Għalkemm it-twettiq tas-servizz żviluppa maż-żmien, l-għanijiet u l-miri tal-Unit baqgħu l-istess: li jipprovdi għajnuna lill-impjegati tas-servizz pubbliku li jesperjenzaw diffikultajiet fil-benessri tagħhom biex ikunu jistgħu jkomplu jwettqu d-dmirijiet tagħhom, bil-mira aħħarija li jipprovdu servizz ta’ eċċellenza. L-investiment kontinwu fis-servizz tal-ESP huwa riflessjoni ta’ kemm is-Servizz Pubbliku jagħti importanza lin-nies bħala riżorsa unika u importanti ħafna.
Il-kisbiet tas-servizz huma r-riżultat tal-kontribut imprezzabbli ta’ bosta partijiet ikkonċernati li kkontribwew matul dawn is-snin. Nixtiequ nieħdu din l-opportunità biex nuru l-gratitudni sinċiera tagħna lejn dawk l-impjegati kollha li fdawna bil-ġrajjiet personali tagħhom. Din il-fiduċja ispiratna biex inkomplu niżviluppaw is-servizzi tagħna. Nixtiequ wkoll nirringrazzjaw lill-Kapijiet tad-Dipartimenti kollha li talbu gwida mill-ESP biex ikunu infurmati aħjar dwar kif jissapportjaw lill-impjegati tagħhom b’mod aktar olistiku. ‘’
Stqarrija tal-Missjoni
Ħinijiet tal-ftuħ
Ħinijiet tal-ftuħ tax-Xitwa:
It-Tnejn, u l-Ġimgħa: 08:00 - 16:00
It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis: 08:00 - 19:00
Ħinijiet tal-ftuħ tas-Sajf:
It-Tnejn, u l-Ġimgħa: 08:00 - 14:00
It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis: 08:00 - 17:00
Struttura Organizzattiva